Internazzjonali

Ġlied qalil f’Bengażi

Tal-anqas ħames persuni nqatlu u ħafna oħra ndarbu fi ġlied qalil matul il-ġurnata f’Bengażi.

Il-ġlied beda wara li rġiel armati attakkaw il-kwartieri ġenerali tal-forzi tas-sigurtà f’din il-belt Libjana.

Intqal li truppi speċjali Libjani kienu mdaħħla fi ġlied qalil mal-militanti għal aktar minn siegħa.

F’Bengażi, il-vjolenza hi kontinwa wara li militanti Islamiċi rabbew erqu sodi fil-belt wara t-tneħħija ta’ Muammar Gaddafi fir-rivoluzzjoni tal-2011. Fost l-aktar gruppi attivi f’Bengażi hu l-Ansar al-Sharia, li hu meqjus bħala grupp terroristiku mill-Istati Uniti.

Din il-ġimgħa stess, kien hemm attakk suwiċida quddiem bażi militari fl-istess belt. Attakk li fiħ żewġ persuni nqatlu.

Kważi d-diplomatiċi kollha ħallew din it-tieni l-akbar belt Libjana minħabba l-vjolenza kontinwa u fil-mira spiss ikun hemm il-forzi tas-sigurta Libjani. Forsi li għadhom dgħajfin u mifruda.

Ħafna mill-bjar taż-żejt libjani jinsabu taħt il-kontroll ta’ militanti li huma ostili għall-Gvern ċentrali fi Tripli. Gvern li hu wkoll dgħajjef u mifni bi ġlied intern.