Sport Sport Ieħor

Imut l-eks tiratur Philip Busuttil

Tħabbret il-mewt tal-eks tiratur Malti tad-Double Trap Philip Busuttil. Busuttil rebaħ il-medalja tad-deheb waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’San Marino fis-sena 2000 kif ukoll il-medalja tal-bronż waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru f’pajjiżna stess.

Busuttil kien wieħed mill-pijunieri tad-Double Trap u ispira diversi tiraturi biex jispeċjalizzaw f’din il-kategorija.