Internazzjonali

Appell għal reviżjoni tal-piena tal-mewt

L-ISTATI UNITI: Il-President tal-Istati Uniti appella għal reviżjoni tal-mod kif tingħata s-sentenza tal-mewt u sejjaħ lill-Avukat Ġenerali Eric Holder biex jinvestiga problemi marbuta mal-mod kif tingħata s-sentenza tal-mewt.

Dan wara li sentenza li ngħatat fl-aħħar jiem ġibdet attenzjoni kbir hekk kif ħafna qalu li ngħatat b’mod kafkaf, u li wasslet biex priġunier kkundannat għall-mewt dam aktar biex miet wara li l-injezzjoni ngħatat b’mod ħażin.

Barack Obama qal li l-piena tal-mewt hija aċċettabbli f’xi każijiet, bħal dawk li jinkludu qtil tal-massa u qtil ta’ tfal, imma l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt fl-Istati Uniti hija problematika.