Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Filmat: Festival agrarju tal-patata fil-Qrendi

[headlines headline=”h3″ ]MaltaRightNow jitkellem ma’ Michael Caruana – li kiseb popolarita’ fuq Youtube jippromwovi l-Patata ta’ Malta[/headlines]

Matul il-ġurnata tal-Ħadd il-Kunsill Lokali tal-Qrendi ser jkun qed jorganizza l-Festival Agrarju tal-Patata għat-tielet sena konsekuttiva.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għal Gvern Lokali Stefan Buontempo, faħħar il-ħidma tal-Kunsill Lokali li b’dawn l-attivitajiet qed jippromowovi il-lokalita’… fl-istess ħin dawk li jattendu japprezzaw il-prodott agrarju tal-bdiewa.

B’rabta mal-ħidma tal-bdiewa bi tħejjija għal din il-ġurnata MaltaRightNow tkellem ma’ Michael Caruana – żgħażugħ bidwi mill-Qrendi li s-sena li għaddiet kiseb popolarita’ b’filmat li tella’ fuq You Tube.

Ftit passi ‘l bogħod mill-għalqa huwa jispjega l-proċess taż-żriegħ u l-kontribut tiegħu f’dan il-festival.

Bla dubju din se tkun attivita’ fejn wieħed jista’ jgawdi u jduq diversi prodotti li jsiru mill-patata mhux l-inqas hekk kif qed joqrob is-sajf, ġelat tal-patata.

Minbarra stands tal-ikel, l-attivitajiet fil-Ġnien tal-Warda ser jinkludi wkoll is-sehem ta’ talent lokali fosthom Freddie Portelli, Gaia Cauchi u l-grupp The Crowns.