Il-Ministru Owen Bonnici rreaġixxa dwar inċident tat-traffiku li kien involut hu stess u stqarr li ma marx jara l-vittma l-isptar u minflok bagħat lil martu.
Owen Bonnici, li bħala Ministru hu responsabbli mill-Ġustizzja, ma jħossx li l-vittma għandu jingħata xi forma ta’ kumpens għad-danni li ġarrab.
Ara l-filmat ta’ fuq bil-kummenti tal-Ministru Owen Bonnici.
Sadanittant, b’reazzjoni għal dan l-artiklu, il-Ministru Owen Bonnici bi dritt għar-risposta qal li d-domanda tal-ġurnalist kienet: Jekk il-Gvern huwiex se jagħti kumpens lill-vittma? (Segwi l-filmat)
Huwa qal li “Naturalment din m’hijiex kwistjoni tal-Gvern li jagħti kumpens lill-vittma imma kwistjoni privata fejn jien assigurat skont kif trid il-liġi u l-assikurazzjoni għandha d-drittijiet u d-dmirijiet tagħha x’issegwi skont il-liġi u kif jiġri f’kull każ.”
//= $special ?>

