Knisja Kultura Lokali

Filmat: Tirritorna l-istatwa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ wara restawr estensiv

Il-Knisja Arċipretali ta’ Haż-Żebbuġ laqgħet mill-ġdid l-istatwa ta’ San Filep wara li kienet ilha nieqsa xi sitt xhur biex għaddiet minn proċess ta’ restawr li kien meħtieġ ħafna.

L-istatwa għaddiet minn żewġ interventi – sar xogħol ta’ tindif u konsolidament fuq il-fidda ta’ barra kif ukoll twettqet ħidma ta’ restawr fuq il-qafas tagħha magħmul mill-injam.

Ara s-servizz sħiħ fil-filmat t’hawn fuq.