Internazzjonali

Ftit tama għal 2,000 ruħ mirduma fit-tajn u l-ġebel

AFGANISTAN: Fl-Afganistan għaddeja operazzjoni ta’ salvataġġ hekk kif valanga qawwija radmet mill-inqas elfejn persuna.

In-Nazzjonijiet Uniti qalet li s’issa aktar minn 350 ġisem ġie rikoverat mit-tajn u l-ġebel wara din il-valanga li seħħet il-Ġimgħa meta biċċa minn muntanja fil-provinċja ta’ Badakshan ġġarrfet wara xita qawwija.

Kollox jindika li m’hemmx tama għall-elfejn ruħ li ntradmu mit-tajn u l-ġebel u t-tama li jinstabu l-ħajjin hija baxxa.