ITALJA: Fl-Italja qed ikompli jikber it-tħassib hekk kif qed ikomplu l-iżbarki tal-immigranti. F’temp ta’ 48 siegħa żbarkaw fl-Italja aktar minn 2,000 persuna.
Fi Sqallija, iċ-ċentri għall-immigranti huma mimlija u qed isir sforz biex dawn jitqassmu madwar l-Italja hekk kif l-iżbarki m’huma qed jieqfu xejn. Dan fl-istess ħin li qed jiżdiedu l-protesti tal-popolazzjonijiet lokali fejn hemm iċ-ċentri.
Il-Gvern Taljan qed jipprova jfassal pjan għall-eventwalità li fil-pajjiż jidħlu mal-50,000 immigrant. S’issa diġa żbarkaw fl-Italja 30,000 immigrant.
Minħabba s-sitwazzjoni kritika, l-awtoritajiet ta’ Sqallija għamlu talba biex jingħataw aċċess għal art u bini vojt biex ikunu jistgħu jużawhom għall-immigranti.
//= $special ?>

