Il-Ħadd mal-ħarġa tal-gazzetta IL-MUMENT se jkun ippublikat suppliment speċjali dwar l-10 snin sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Is-suppliment jinkludi diversi opinjonijiet minn persuni li kienu protagonisti fil-mixja lejn is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja u anke tul l-10 snin ta’ sħubija. Fost dawn jispikkaw l-artikli ta’ Eddie Fenech Adami, ta’ Joe Borg li kien l-ewwel Kummissarju Malti fl-Unjoni Ewropeja u tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Is-suppliment jinkludi wkoll artikli minn diversi rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti u anki ta’ personaġġi politiċi u trejdunjonisti li dak iż-żmien kienu jopponu s-sħubija, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb u l-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Alfred Sant li llum hu kandidat ewlieni tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
F’artiklu tiegħu, Alfred Sant, jagħmel dikjarazzjonijiet qawwija li se jkunu żvelati fil-ħarġa ta’ IL-MUMENT ta’ għada.
//= $special ?>