L-ISTATI UNITI: Ir-rata ta’ qgħad fl-Istati Uniti naqset għal aktar milli kien mistenni wara li kien hemm żieda f’dawk li sabu x-xogħol.
Skont iċ-ċifri uffiċjali, ir-rata ta’ qgħad f’April kienet ta’ 6.3 fil-mija filwaqt li f’Marzu kienet ta’ 6.7 fil-mija – dan hu l-inqas livell li laħaq il-qgħad fl-Istati Uniti mill-2008, meta faqqgħet il-kriżi finanzjarja mill-falliment tal-Lehman Brothers u qabel l-elezzjoni tal-President Barack Obama.
Iċ-ċifri nħarġu mid-Departiment tax-Xogħol Amerikan.
Analisti kienu qed ibassru tnaqqis għal 6.6 fil-mija imma matul April l-ekonomija Amerikana bdiet tirpilja aktar milli mistenni u nħolqu 288,000 post tax-xogħol ġdid.
L-akbar żieda fl-impjiegi kienet fil-qasam tas-servizz, tal-kura tas-saħħa u n-negozji ż-żgħar.
//= $special ?>

