Internazzjonali

Jinħelsu osservaturi internazzjonali

UKRAJNA: Seba’ osservaturi militari internazzjonali li nqabdu minn qawwiet favur ir-Russja fl-Lvant tal-Ukrajna fl-aħħar inħelsu.

L-osservaturi inqabdu fil-25 t’April li għadda fi Sloviansk. Ħames uffiċjali Ukreni li ttieħdu magħhom inħelsu wkoll, skont rapporti fil-midja internazzjonali.

L-aħbar ġiet hekk kif il-Gvern Ukren reġa beda azzjoni militari immirata kontra separatisti fl-Lvant tal-pajjiż, ġurnata wkoll wara vjolenza fil-belt ta’ Odessa li ħalliet għexieren mejta.