Ambjent Lokali

L-aħħar staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa: 96 uffiċjal kuljum fuq spezzjoni u 54 kaċċatur arrestati

B’kollox kienu jkunu mad-69 uffiċjal tal-Pulizija u mill-Forzi Armati ta’ Malta li ta’ kuljum kienu jagħmlu rutini ta’ spezzjoni waqt l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, li ntemm l-Erbgħa 30 t’April.

Dawn l-uffiċjali kienu jagħmlu rutini ta’ spezzjoni mill-5am sat-3pm.

Ġieli, l-ammont ta’ suldati u pulizija f’dawn ir-rutini ta’ spezzjoni kien jitla’ sa’ 96 uffiċjal fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu.

Mad-39 uffiċjal ieħor kienu jagħmlu rutini ta’ kuljum bejn il-ħinijiet tat-3pm u d-9.30pm, filwaqt li f’ċertu ġranet, 4 uffiċjali kienu jintbgħatu fuq rutini ta’ spezzjoni fil-ħinijiet ta’ billejl, jiġifieri mid-9.30pm sal-5am biex joqgħodu għassa ma’ għasafar protteti matul il-lejl.

Matul l-istaġun ta’ 18-il ġurnata, l-uffiċjali wettqu 2,105 spot-check fiżika fuq kaċċaturi individwali, biex ikun żgurat li għandhom il-liċenzji neċessarji biex jikkaċċjaw.

Sa’ tmiem l-istaġun, 54 kaċċatur ġew arrestati u qed jitressqu b’total ta’ 63 offiża.

Fost dawn kienh emm 11-il offiża kkunsidrati bħala aktar serji u li jinkludu kaċċa mingħajr liċenzja, kaċċa f’santwarji tal-għasafar, kaċċa fuq tajr protett u insib illegali ta’ tajr protett.