Futbol Sport

Mistenni d-derby Inter v Milan

FUTBOL; SERIE A: Filwaqt li l-attenzjoni t-Tnejn se tkun kollha fuq Juventus, il-Ħadd jintlagħab id-derby bejn ir-rivali Inter u Milan, żewġ timijiet li dan l-istaġun iddiżappuntaw bil-kbir. Il-kowċ ta’ Inter Walter Mazzarri ammetta li dan l-istaġun kien l-aktar wieħed diffiċli fil-karriera tiegħu filwaqt li Milan, matul l-istaġun keċċew lil Allegri u ħatru lill-eks plejer tagħhom Clarence Seedorf.

Minkejja li ilu ftit fit-tmexxija diġa’ bdew spekulazzjonijiet li Seedorf fadallu biss ftit ġimgħat fil-kariga ta’ kowċ tar-Rossoneri. Milan ġejjin minn telfa kontra Roma filwaqt li Inter ħadu draw mingħajr gowls kontra Napoli. Għalihom se jirritornaw Rolando u Samuel li kienu sospiżi kontra Napoli filwaqt li għal Milan se jirritorna De Jong li wkoll kien sospiż.

Fl-ewwel rawnd kien gowl ta’ Palacio fl-aħħar erba’ minuti li iddeċieda l-konfront favur Inter. Bħalissa Inter qed igawdu vantaġġ ta’ sitt punti fuq Milan.

Intant, rebħiet importanti biex ikomplu jittamaw għall-post fl-Ewropa, Lazio u Torino jkunu impenjati kontra ż-żewġ timijiet ta’ Verona.

It-Tnejn il-Biancocelesti jilagħbu kontra Verona filwaqt li llum Torino jilagħbu kontra Chievo. L-akbar theddida għal Lazio bla dubju se jkun l-attakkant Luca Toni li fi tmiem il-ġimgħa skurja d-19-il gowl tal-istaġun filwaqt li għal Chievo jispikka Ciro Immobile li bil-gowl kontra Udinese saħħaħ postu fl-ewwel post tal-aqwa skorers tas-Serie A b’21 gowl. Nhar it-Tlieta Napoli, li huma matematikament ċerti mit-tielet post, jaffrontaw lil Cagliari