Lokali

Muscat jerġa’ jaħseb fil-kurunelli – u jinsa lis-suldati: aktar ħatriet għal tal-qalba

[headlines headline=”h3″ ] Il-Kandidat tal-PL għall-Parlament Ewropew Lino Bianco jinħatar ‘ambassador-designate’ għar-Rumanija[/headlines]

Il-ħatra tal-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-Perit Lino Bianco bħala Ambassador-designate ta’ Malta għar-Rumanija juri kemm il-Prim Ministru huwa magħluq fit-torri tal-avorju u ma jridx jisma’ dak li qed jgħidulu n-nies. Fl-istess jum li pajjiżna waqa’ post ieħor fil-klassifika tal-qgħad tal-Unjoni Ewropea, Muscat għażel li jagħti ħatra oħra lil persuna oħra minn tal-qalba tiegħu.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija li fiha qal li filwaqt li l-ħbieb tal-qalba sejrin tajjeb ħafna, Joseph Muscat irid lill-poplu Malti jgħidlu grazzi talli tahom traħħis ta’ 2 ċenteżmi fuq il-petrol bla ċomb. L-istess 2 ċenteżmi li żied huwa stess xahar ilu.

[headlines headline=”h3″ ]Kariga oħra għal Sivio Schembri ma’ dawk li diġa’ għandu[/headlines]

Il-Partit Nazzjonalista esprima wkoll meravilja għat-talenti sinifikanti li jidher li għandu d-Deputat Laburista Silvio Schembri, ieħor minn tal-qalba, li s-Sibt inħatar bħala Chairman tar-Responsible Gaming Foundation. L-Onor. Silvio Schembri issa hu:

Il-Partit Nazzjonalista qal li Silvio Schembri issa hu:

[list type=”check”]
  • Deputat Laburista fil-Parlament Malti
  • Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Parlament Malti
  • Konsulent fil-Ministeru għall-Ekonomija u l-Investiment
  • Part-time lecturer fl-Università ta’ Malta
  • U issa: Chairman tar-Responsible Gaming Foundation
[/list]

B’kollox, Silvio Schembri u l-mara tiegħu għandhom tmien jobs mal-Gvern.

silvio schembri joseph muscat

[headlines headline=”h3″ ]Intant 8,000 persuna bla xogħol[/headlines]

Iżda, jgħid il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li Silvio Schembri qed jiekol minn erbat iħluq, 8,000 persuna jinsabu mingħajr xogħol u ġustament qegħdin jistennew li l-Prim Ministru jieqaf jaħseb f’tal-qalba u juża l-enerġija tiegħu biex joħloq ix-xogħol.

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa ċar li l-Prim Ministru għadu ma jridx jifhem dak li qed jgħidulu n-nies: moħħu biss biex jippremja lill-kurunelli u jibqa’ jwarrab lis-suldati tiegħu stess.

Dawn il-ħatriet ġodda ġew ftit biss jiem wara li Joseph Muscat talab lis-‘Suldati tal-Azzar’ biex iqumu fil-mument tal-prova.

[youtube width=”640px” height=”480px”]4nxf0g6k_qQ[/youtube]