Edukazzjoni Kunsilli Lokali Lokali

Skema favur aktar qari mit-tfal f’Santa Luċija

Matul il-ġurnata tas-Sibt il-Kunsill ta’ Santa Luċija, flimkien mar-Reġjun Nofsinhar u l-Librerija Pubblika ta’ Santa Luċija, niedew skema li biha jħeġġu lit-tfal biex jaqraw aktar filwaqt li minn ċkunijthom jidraw iħarsu l-Ambjent.

Din hija waħda mill-inizjattivi li qed jieħu l-Kunsill taħt l-iskema mħabbra mir-Regjun Nofsinhar immitata biex iħeġġu t-tfal biex jaqraw aktar.

Waqt din l-inizjattiva is-Sindku, s-Sur Frederick Cutajar ġie ppreżentat b’donazzjoni ta’ €1000 minn Elizabeth Vassallo, Segretarju Eżekuttiv tar-Regjun Nofsinhar.