Kultura Lokali

Suċċess għal ġurnalisti ta’ Media.Link fil-Malta Journalism Awards

Is-Sibt filgħaxija l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tal-24 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards.

Media.link Communications kellha diversi finalisti f’kategoriji differenti fosthom Chris Micallef li rebaħ il-kategorija tal-Ġurnalizmu Imxandar, Sports, bil-programm Replay fuq Net Television. Chris Micallef kien ippreżentat bit-trofew minn Joseph Cristina, Chief of Staff tal-Ministeru tal-Finanzi.

Il-ġurnalist ta’ media.link communications Robert Cremona kien finalist fil-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat, Aħbarijiet, għal In-Nazzjon, u fil-kategorija tal-Ġurnalizmu Mxandar permezz tal-programm Dot Net fuq Net Television, u spiċċa runner-up fiż-żewġ kategoriji.

Il-fotografu ta’ il-Mument u In-Nazzjon, Joseph Galea kien finalist fil-kategorija tal-Ġurnalizmu Fotografiku u spiċċa runner-up.

Finalist ieħor f’isem media.link Communication kien Noel D’Anastas ta’ Il-Mument li spiċċa runner-up fil-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat, Features.

Waqt l-istess ċerimonja, il-ġurnalist anzjan Joe A. Vella b’karriera ġurnalistika ta’ iktar minn 30 sena u fundatur u Segretarju tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għall-iktar minn 15-il sena, ingħata l-Gold Award.