Is-servizzi tal-protezzjoni ċivili kienu qed jikkoordinaw il-ħidma tal-emerġenza madwar il-provinċja ta’ Marche, fost rapporti dwar imwiet waqt l-għargħar ‘allarmanti’ li ħakem dawn l-inħawi fi tmiem il-ġimgħa.
L-agħar inħawi milquta huma f’Senigallia, fil-viċinanzi ta’ Ancona, bil-Pulizija u helicopters tas-servizzi għal kontra n-nirien qegħdin jgħinu fil-ħidma intensiva biex isalvaw persuni li nqabdu f’zoni ddikjarati bħala inaċċessibbli u fost rapporti ta’ valangi tal-art fid-diversi bnadi.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li raġel residenti f’Senigallia miet wara li spiċċa jbati bi problemi tal-qalb u l-ambulanza ma setgħetx tilħqu fil-ħin minħabba ‘l-intoppi kbar fit-toroq’.


