Il-Kap Eżekuttiv tal-GP tal-Malasja qal li m’huwiex ċert jekk dan hux se jibqa’ jsir għax hemm diversi affarijiet ki jridu jkunu iċċarati. Il-GP tal-Malasja f’Sepang se jibqa’ jsir sal-2015 skont il-kuntratt attwali imma Dato’ Razlan Razali qal li l-prezz biex wieħed jorganizza dan il-GP hu wieħed kbir. Barra minn hekk qal li l-organizzaturi jridu jaraw f’liema stat se jkun l-isport fi żmien ħames snin oħra biex jaraw jekk ikunx għadu vijabbli li wieħed jorganizza Grand Prix. Razali temm jgħid li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm laqgħa bjen l-organizzaturi u l-Kapijiet tal-F1 u wara din il-laqgħa l-affarijiet se jkunu aktar ċari.
Ir-rebħ ta’ Hamilton iżid l-interess
Il-Kap Eżekuttiv tal-Grand Prix tal-Ingilterra, Neil England qal li l-bejgħ ta’ biljetti għal dan il-GP li se jsir fis-6 ta’ Lulju żdied grazzi għar-rebħ tas-sewwieq Ingliż tal-Mercedes Lewis Hamilton. Dan tal-aħħar s’issa rebaħ tliet Grand Prix u jinsab fit-tieni post fil-klassifika tas-sewwieqa. England qal li fil-bidu tas-sena kien kemmxejn inkwetat għax kien qed jistenna li kienu se jkunu ibbukkjati aktar biljetti imma la darba Hamilton beda jikseb suċċess wara l-ieħor il-partitarji Ingliżi bdew jakkwistaw aktar biljetti. S’issa Hamilton rebaħ il-GP tal-Malasja, tal-Bahrain u taċ-Ċina. Il-Grand Prix li jmiss issa hu dak tal-11 ta’ Mejju fi Spanja.