Sport Sport Ieħor

It-Tnejn tibda l-aħħar fażi tal-ġuri ta’ Pistorius

It-Tnejn se jingħata bidu għall-aħħar fażi tal-ġuri tal-atleta mill-Afrika t’Isfel Oscar Pistorius. Dan tal-aħħar qed ikun akkużat li qatel intenzjonalment lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp fis-sigħat bikrin tal-14 ta’ Frar tal-2013. Minn naħa tiegħu Pistorius dejjem qal li qatilha għax ħasibha ħalliel li daħal fid-dar tiegħu. Il-ġuri, li kellu jintemm f’Marzu ġie estiż għas-16 ta’ Mejju.

Mill-ġuri s’issa sar magħruf li Pistorius hu midħla tal-armi tan-nar u spara mhux biss meta qatel lit-tfajla tiegħu.