L-istampa tal-Istat u uffiċjali, irrappurtaw li kkrolla pont li kien qed jinbena ‘illegalment’ ġo villaġġ fil-Belt ta’ Gaozhou, fil-provinċja ta’ Guangdong, u bir-riżultat li tilfu ħajjithom almenu ħdax il-persuna.
Mifhum li hemm ħafna aspetti dubbjużi relatati għall-kostruzzjoni tal-pont – mibni bil-blata forma ta’ ħnejja – u l-awtoritajiet qegħdin jinvestigaw bir-reqqa din it-traġedja li qed tidher dovuta għat-traskuraġni u n-nuqqas ta’ rispett għar-regoli.
L-aħħar rapporti, sadanittant, qalu li l-kuntrattur li ħa ħsieb il-bini tal-pont qed jinżamm taħt arrest u mhux eskluż li jsiru aktar arresti fil-jiem li ġejjin.
Intant, ħames persuni mietu ‘fuq il-post’ waqt il-ħin tal-kroll, b’sitta oħra li ndarbu kritikament f’dan l-inċident ikunu kkonfermati mejtin mill-awtoritajiet tal-isptarijiet taz-zona fejn kienu ddaħħlu b’urġenza.
//= $special ?>

