Iċ-ċifra tal-vittmi kkonfermata mill-għarqa, jiem ilu, tal-vapurett ‘Sewol’ issa laħqet il-244, bil-President tal-Korea t’Isfel, Park Geun-hye, tiltaqa’ mal-familji li tilfu l-għeżież fid-diżastru u twiegħdhom li l-persuni responsabbli għandhom jingħataw ‘il-pieni ħorox’.
Il-vapurett kellu 476 passiġġier abbord meta għereq fis-16 ta’ April u waqt li salvaw 174 min-nies ta’ fuqu għad fadal 58 persuna rrappurtati neqsin u li ma dehru qatt aktar minn dakinhar.
Il-Prosekuturi qed jgħidu li l-proprjetarju tal-vapurett ma tax każ il-kriterji tas-sigurtà għal waqt il-vjaġġ fatali u fejn ippermetta biex is-‘Sewol’ jgħabbi aktar nies milli suppost.
//= $special ?>

