Futbol Sport

Juventus jirbħu l-kampjonat għat-30 darba

Mingħajr ma lagħbu, Juventus illum ġew inkurunati Champions tal-Italja għat-30 darba fl-istorja tagħhom wara li l-eqreb rivali tagħhom Roma, tilfu 4-1 kontra Catania. Għal tmiem il-kampjonat, Roma fadlilhom jilgħabu żewġ partiti u qegħdin tmien punti taħt Juventus u b’hekk ifisser li matematikament ma jistgħux jilħqu jew jaqbżu lill-Bianconeri.

Il-loghba ta’ għada bejn Juventus u Atalanta issa se tkun biss formalità u jekk Juventus jirbħu jiftħu vantaġġ ta’ 11-il punt fuq Roma u l-logħba ta’ ġimgħa oħra fl-Olimpico bejn iż-żewġ timijiet tkun ċelebrazzjoni għal Juventus. Minbarra l-logħba bejn Roma u Catania illum intlagħabu numru ta’ partiti oħra mis-Serie A fejn Torino rebħu 1-0 kontra Chievo, Genoa u Bologna ġew draw 0-0, Parma rebħu 2-0 kontra Sampdoria u Udinese rebħu 5-3 kontra Livorno.

llejla jispikka d-derby bejn Inter u Milan filwaqt li għada, minbarra l-logħba bejn Juventus u Atalanta jilagħbu wkoll Lazio u Verona. Nhar it-Tlieta Fiorentina jilagħbu kontra Sassuolo u Napoli kontra Cagliari.

Intant, tard is-Sibt filgħaxija Napoli għelbu lil Fiorentina 3-1 fil-finali tal-Coppa Italia, finali li kienet imtappna b’inċidenti barra u fil-grawnd tal-Olimpico.