Matul il-ġranet tal-26 u 27 t’ April, l-Emergency Response and Rescue Corps organizzat kors tal-Pre Hospital Trauma Life Support (PHTLS) ġewwa l-kwartieri tagħha f’Għawdex. L-ERRC hija l-unika l-fakultà tal-PHTLS f’Malta. Għal kors attendew tnax-il parteċipant, sitt voluntiera tal-Emergency Response and Rescue Corps u sitt membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-parteċipanti kollha lestew il-kors b’suċċess.
Sabiex is-simulazzjonijiet, li kienu jagħmlu parti mill-kors ikunu jidhru realistiċi kemm jista jkun, tim ta’ voluntiera mill-ERRC irtokkjaw feriti fittizzji fuq persuni.
Is-Sur Will Chapleau, Chairman tal-PHTLS, kien preżenti waqt il-kors kollu u kien sodisfatt ħafna bil-kwalita’ ta kif kien immexxi l-kors.
//= $special ?>