Internazzjonali

Priġunieri meħlusa waqt attakk fuq il-kwartieri tal-pulizija f’Odessa

Mijiet ta’ attivisti favur ir-Russja attakkaw il-kwartieri-ġenerali tal-pulizija fil-belt ta’ Odessa, lejn in-Nofsinar tal-Ukrajna, u fejn sfurzaw l-uffiċjali preżenti biex jeħilsu persuni li kienu qed jinżammu arrestati b’konnessjoni mal-vjolenza ta’ nhar il-Ġimgħa ġo l-istess belt.

L-inkwiet ta’ nhar il-Ġimgħa kien issarraf f’għexieren tal-maqtula u meta l-maġġoranza tal-vittmi kienu separatisti li jappoġġjaw lil Moska. Mifhum li s-separatisti tilfu ħajjithom wara li ħa n-nar il-bini li kienu qegħdin fih u li kien imdawwar bil-barrikati. Fl-istess ħin, il-Prim Ministru proviżorju Ukren, Arseniy Yatsenyuk, ħa l-miżuri li ħass li kienu xierqa fl-konfront tal-pulizija lokali ‘li ma ħadux passi biex jevitaw il-vjolenza’.

Intant, numru kbir ta’ attivisti li lbieraħ attendew rally, f’Odessa, marru quddiem il-kwartier tal-pulizija u fejn f’daqqa minnhom, persuni armati u lebsin il-maskli kissru t-twieqi tal-kumpless u tefgħu l-gradi ġewwa.