L-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona, flimkien man-Nunzju Apostoliku Aldo Cavalli u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna kkonċelebraw quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni u l-Papa Ġwanni XXIII nhar il-Ħadd li għadda fil-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara.
Fil-messaġġ tiegħu waqt din il-quddiesa kantata, l-Arċisqof Pawlu Cremona qal li din il-quddiesa qed issir bi gratitudni lejn Alla wara li dawn iż-żewġ Papiet ġew mgħollija għall-glorja tas-sema.
Hu rringrazzja lil Alla tal-eżempju li dawn il-Papiet wasslu matul ħajjithom u fid-dawl ta’ dan appella lil dawk preżenti jkunu xempji tagħhom tul ħajjithom.
L-Arċisqof Cremona hu devot kbir tal-Papa Ġwanni XXIII tant li għandu wkoll alba tiegħu – jiġifieri t-tieni ħaġa li jilbes is-saċerdot, libsa bajda twila li ħafna drabi fil-kmiem tkun imżejna bil-bizzilla.
Qabel tmiem il-quddiesa saret ukoll il-qima ta’ żewġ relikwi tal-Papiet rispettivi minn dawk preżenti, waqt li fi tmiem iċ-ċerimonja tqassmet ukoll Santa b’talba liż-żewġ Papiet kanonizzati.
//= $special ?>