Lokali

Silvio Schembri jirreaġixxi għall-istejjer dwar il-karigi li għandu

F’ittra bi dritt ta’ risposta u kjarifika, l-Avukat ta’ Silvio Schembri ghamel referenza ghall-artiklu li deher fis-sit maltarightnow.com dwar il-karigi li għandu Silvio Schembri.

L-Avukat ta’ Schembri qal li “Preliminarjament jirrileva illi l-kariga ġdida lilu mogħtija bħala Chairman tar-Responsible Gaming Foundation hija waħda għal kollox fiduċjarja u konnessa mal-funzjoni tiegħu bħala konsulent għas-Segretarju Parliamentari Jose’ Herrera responsabbli għat-Tkabbir Ekonomiku u Kompetittività. Din il-kariga hija għal kollox bla ħlas. In oltre nenfasizza li m’hu veru xejn li hu u l-Mara tiegħu għandhom xi tminn impjiegi mal-Gvern. L-unika impjieg li huwa għandu mal-Gvern huwa dak ta’ konsulent. Il-kariga ta’ deputat parlamentari mhix impjieg mal-Gvern, essendo li hija waħda elettiva, il-lecteurship li huwa għandu mal-Università kienet ġja tiegħu minn sentejn qabel ġie elett fil-Parliament, filwaqt li membership f’xi board ma jekwivalix għal impjieg mal-Gvern.

In oltre martu m’għandha l-ebda impjieg mal-Gvern anke għar-raġuni imsemmi fuq, u apparti minn hekk huwa insensittiv għall-aħħar li qed jiġu allegati dawn il-fatti inveritjeri fuq persuna li tinsab fl-aħħar jiem tat-tqala tagħha.”