Qorti

Akkużat fuq frodi ta’ kumpanija tal-frott li jaħdem magħha

Raġel ta’ 36 sena minn Raħal Ġdid ġie mixli fil-Qorti tal-Maġstrati li ffroda b’madwar €11,000 lill-kumpanija li jaħdem magħha. Antonio Briffa ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li f’Jannar tas-sena l-oħra, u fix-xhur ta’ qabel, iffroda iktar minn €2,329 lil John Agius u lil Starfruit Limited’ u li żamm għalih flus li kienu tal-istess kumpanija.

Briffa, li għalih deheru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih mill-Ispettur Jonathan Ferris.