Knisja Kultura Lokali

Iż-Żgħażagħ tal-Festa San Pawl ta’ Ħal Safi jirbħu l-Malta Records Festival

Iż-Żgħażagħ Kummissjoni Armar tal-Festa San Pawl f’Ħal Safi rebħu l-ewwel unur tal-“Malta Records Festival” għall-isbaħ stand bl-armar tal-festa. Dan il-Festival sar bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju f’Ħal Qormi.

Għal din l-attività kien hemm esebit pavaljun kbir, impitter bl-idejn, u partijiet mill-pjanċier li kien ikkommissjonat mill-Każin Banda San Pawl Safi, fost affarijiet oħra. F’Awwissu 2013 l-istess grupp kien waqqaf rekord nazzjonali tal-itwal liedna konġunta f’Malta.