Jonathan Pace ta’ 31 sena, residenti l-Gudja ġie mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Vince Muscat ta’ 52 sena magħruf bħala l-‘Koħħu’. Pace, li tressaq it-Tlieta wara nofs inhar kien jiġġestixxi l-ħanut “Tyson Butcher” fiż-Żejtun u li llum m’għadux jopera, qed jiġi mixli li spara sitt tiri b’pistola ta’ kalibru żgħir u li laqat lill-“Koħħu” bi tlieta minnhom.
Huwa ġie mixli li wettaq dan ir-reat fit-8 ta’ April li għadda għall-ħabta tal-11.30 p.m. ġewwa l-Imsida fejn dolożament bil-ħsieb li joqtol jew li jpoġġi l-ħajja ta’ Vincent Muscat f’periklku ċar, spara tiri ta’ arma tan-nar lejn l-istess Muscat, liema delitt ma ġiex eżegwit minħabba xi ħaġa aċċidentali u ndipendenti mill-volonta’ tiegħu.
Huwa ġie mixli wkoll li fl-istess jum mill-istess tiri sparati, kkaġuna feriti gravi u debulizza permanenti fis-saħħa jew il-funzjoni ta’ xi parti tal-ġisem ta’ Muscat, kien ġie ċċertifikat mit-tobba tal-isptar Mater Dei.
Pace ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jiġi nterrogat mill-Pulizija dwar dan il-każ wara li Muscat qal lill-Pulizija li huwa għaraf lil Pace bħala l-persuna li spara fuqu. Il-Pulizija qalet li hi diġa tagħat żewġ “Police Bails” fil-konfront ta’ Pace, imma oġġezzjonat bil-qawwa kollha t-talba tad-difiża għal liberta’ proviżorja.
L-Avukat Giannella De Marco qalet li jekk il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Anzjan Chris Pullicino u l-Ispettur Keith Arnaud tagħat il-“Police Bail” għal darba darbtejn lil Jonathan Pace, ma tagħrax għaliex il-Qorti m’għandhiex tagħmel l-istess u għaliex il-Prosekuzzjoni qed toġġezzjona.
L-Ispettur Anzjan Chris Pullicino qal li l-lingwaġġ li uża l-akkuħat waqt l-interogazzjoni uża nhar it-Tnejn li għadda, bħal issa “niskwerja” mal-Koħħu l-Qorti, huwa lingwaġġ perikoluż. L-Avukat De Marco qalet li ċ-ċittadini mhux fil-Qorti jridu jmexxu l-affarijiet. Qalet li fi stat demokratiku Alla ħares wieħed ma jmedxxix l-affarijiet fil-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni qalet li hi mhijiex tirriskja, dan meta x-xhud pajżan prinċipali huwa l-vittma Vincent Muscat. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ma laqgħetx it-talba għal liberta’ proviżorja fil-konfront tal-akkużat iżda talbet lill-Prosekuzzjoni biex ma jdumux ma jtellgħu lil Muscat biex jixhed dwar il-każ.
Il-“Koħħu” għamel żmien jinsab fil-periklu tal-mewt u llum għamel titjieb sostanzjali fil-qagħda tiegħu medika anke jekk għadu għaddej taħt il-kura d-dar.
Il-Kohhu’ jinsab bil-libertá provizorja dwar l-attentat ta’ ‘hold-up’ li kien imlaqqam “Hold-up milljunarju” fl-ahhar ta’ Gunju 2010 miċ-Ċentru Rużar Briffa, li huwa l-Kwartieri Ewlenin tal-bank HSBC f’Ħal Qormi.
Dakinhar kienu gew sparati madwar 30 tir fid-direzzjoni tal-Pulizija tal-Mobile, allegatament mill-istess Muscat u kompliċi iehor. L-attentat fuq il-hajja ta’ Muscat seħħmeta huwa kien fil-karozza tiegħu fi Triq Bordin qrib ir-residenza tiegħu.
Milqut bi tliet tiri, ‘il-Koħħu’ baqa’ fil-karozza u saq lejn l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida. Kif daħal fl-Għassa b’wiċċu mimli dmijja, ħasad lill-Pulizija li kienu xogħol. Huwa mill-ewwel informa lis-Surġent li xi ħadd kien sparalu.
L-istess Pulizija taw l-ewwel għajnuna medika lil Muscat sakemm fuq il-post waslet ambulanza b’infermiera li ħadu lil Muscat l-Isptar Mater Dei. Wara li kompla jingħata l-kura meħtiega huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Irriżulta li huwa kien intlaqat minn tir f’rasu liema balla niżlet f’għonqu filwaqt li balla oħra laqtitu bi żbrixx u oħra laqtitu wara li kienet laqtet parti mill-karozza. Wara li għaddew ftit tal-jiem u ġimgħat il-qagħda ta’ Muscat marret għall-aħjar u kien ġie liċenzjat mill-isptar.
Jonathan Pacew ġie mixli wkoll li għamel ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor b’arma tan-nar fosthom fuq il-karozza ta’ Muscat tal-għamla Mitsubishi, li kellu fuq ikl-persuna tiegħu arma tan-nar, u li kienet bla liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, li ġarr arma u munizzjon irregolari, li spara arma f’post abitat, li dawwar għalih bi profit karozza tat-tip Peugeot 206 Skyline, li hedded lill-Ispettur Keith Arnaud waqt l-interogazzjoni u li sar reċidiv. Bħala parti-ċivili għan-nom ta’ Vincent Muscat deher l-Avukat Arthur Azzopardi.
//= $special ?>

