Richard Attard ta’ 61 sena, li kien Direttur Kummerċjali tal-kumpanija Maltacom, u li huwa residenti l-Għargħur mar sentejn u nofs ħabs u mmultat €5,000 mill-Maġistrat Miriam Hayman wara li nstab ħati li f’Lulju tal-2007 u fis-snin ta’ qabel kien fil-pusses tad-droga ecstasy u kokaina f’ċirkostanzi li juru li ma kienux għal użu esklussiv tiegħu.
Il-każ imur lura għal 14 ta’ Lulju ta’ seba’ snin ilu meta l-Kuntistabbli Trevor Cassar Mallia kien waqqaf lil Atard li kien miexi fid-direzzjoni tal-karozza tiegħu fil-Għargħur. Cassar qal fil-Qorti li wara li l-Pulizija kienu ngħataw il-warrant biex jagħmlu tfittxija fuq Attard, huma ddeċidew li jipproċedu fuq informazzjoni b’saħħitha li kellhom.
Il-Pulzija sabu d-droga fil-karozza tiegħu, u anke fid-dar u l-garaxx tiegħu fejn instabu wkoll €3,300 fi flus kontanti. B’kollox il-Pulizija sabu 166 gramma ta’ kokaina u 400 pillola ecstasy.
Fl-istqarrija li kien ta lill-Pulizija, Attard ammetta li hu kien jaqsam id-droga li kien xtara. Il-Qorti qalet ukoll li taqbel mal-fatt li huwa kien jaqsam id-drog ma’ ħaddieħor, speċjalment ma’ diversi ħbieb tiegħu.
Aktar minn hekk, il-messaġġi tiegħu permezz ta’ SMS’s kienu indikattivi ħafna għat-tip ta’ negozju li kien fih dak iż-żmien. Il-pitazz (notebook) tiegħu ma ħalla ebda dubju fuq l-attivitajiet li kien involut fihom.
Il-Maġistrat Hayman innutat ukoll li s-“Social Inquiry Report” u l-problemi li kien għaddej minnhom Attard u li ħafna minnhom, fortunatament humx xi ħaġa tal-passat. Kien innutat ukoll li Attard għandu problemi ta’ saħħa, u li anke waqt dawn il-proċeduri ġieli ħaseb fuq il-mewt, l-aktar meta kien konxju li qed jiffaċċa sentenza ta’ ħabs.
Mandankollu, l-Qorti qalet li huwa nstab ħati ta’ reat li jistħoqqlu piena karċerarja, anke jekk kondotta tiegħu hija waħda nadifa. Huwa appella mis-sentenza permezz tal-Avukat tiegħu Joseph Giglio. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Norbert Ciappara.
//= $special ?>

