Formula 1 Sport

Hamilton ‘viċin il-perfezzjoni’ – Mansell

FORMULA 1 – Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton kien ‘viċin il-perfezzjoni’ fl-ewwel erba’ Grand Prix tal-istaġun skont l-ekx Champion tad-Dinja Nigel Mansell.

Il-Britanniku Hamilton li rebaħ it-titlu mondjali fl-2008, rebaħ tliet tiġrijiet konsekuttivi dan l-istaġun wara li naqas milli jtemm l-ewwel GP tas-sena fl-Awstralja.

“L-ebda sewwieq ma jirbaħ titlu mondjali f’tim ħażin. Imma dak li tiosta’ taħgmel hu li turi kemm int kapaċi tirbaħ bħ’mod brillanti u Lewis għamel dan s’issa,” qal Mansell I għandu 60 sena.

Sa min meta telaq lil McLaren u ngħaqad mal-Mercedes is-sena l-oħra, Hamilton qed jerġa’ juri l-aħjar tiegħu u qed japprofitta mill-fatt li dan l-istaġun għandu karozza superjuri.

“Kien viċin il-perfezzjoni, brillanti. Naħseb ingħata l-liberta` li jesprimi lilu nnifsu,” qal Mansell li kien Champion fl-1992.
“Meta tikseb aktar rebħ, iġġib aktar kunfidenza u dan itik vantaġġ ieħor ta’ nofs sekonda fuq l-oħrajn. Imbagħad li taf li għandek karozza superjuri, ma tistax titlob aktar. Hi l-isbaħ sensazzjoni.”

Hamilton bħalissa jinsab erba’ punti fuq sieħbu Nico Rosberg li rebaħ l-ewwel GP tas-sena fl-Awstralja imma mbagħad spiċċa tliet darbiet fit-tieni post wara Hamilton.

Il-Mercedes diġa` jidher li qed jiġru bil-kampjonat tal-kostrutturi meta għandhom 93 punt vantaġġ fuq l-eqreb timijiet li huma kważi ekwivalenti għal erba’ rebħiet.

“Ma naħsibx li l-Mercedes se jkunu nsuperabbli din is-sena imma naħseb se jkun diffiċli li jitnaqqas id-distakk minħabba l-prestazzjoni superjuri tal-makna tagħhom,” qal Mansell.