Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta qalet li l-ittra maħruġa mill-MUMN lill-Kap Eżekuttiv tal-isptar Mater Dei tikkonsisti f’stqarrijiet li jistgħu jallarmaw lill-pazjenti u lill-pubbliku.
l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta qalet li għall-kuntlarju ta’ kif intqal, fl-isptar hemm grupp ta’ tobba esperjenzati li huma ‘on call’ 24 siegħa kuljum li jaħdmu tajjeb ħafna mal-infermiera biex jingħata l-aqwa servizz u kura tas-saħħa.
L-Assoċjazzjoni qalet fl-istqarrija li r-roster ta’ billejl tat-tobba hija konformi mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-ħinijiet tax-xogħol. Fl-istqarrija tagħha, l-MAM qalet li m’hijiex konxja ta’ ilmenti jew rapporti formali li saru dwar is-servizz provdut.
Il-MAM qalet li tħeġġeġ lill-MUMN biex taħdem biex tipprovdi soluzzjonijiet u mhux tikkontribwixxi għall-problemi fis-servizz tas-saħħa.
//= $special ?>