L-emenda li ressaq illum il-Partit Nazzjonalista biex ineħħi d-diskriminazzjoni lejn persuni b’diżabilta turi d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista li qed iwettaq bidla għall-aħjar fil-ħajja ta’ persuni b’diżabilta’.
Kien dan il-messaġġ li wassal Beppe Fenech Adami, Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit. Fakkar kif il-Partit Laburista uża lil dawn il-persuni qabel l-elezzjoni u llum remihom. “Dan hu Gvern Laburista li għandu enerġija pożittiva biex jaqdi lil tal-qalba, mentri lill-persuni b’diżabilta’ llum nesihom u għalihom m’għamel xejn.
Minn naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista daħħal kultura favur il-persuni b’diżabilta imma baqa’ ħafna xi jsir u l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex iġib ħajja aħjar għal dawn il-persuni. “M’aħniex nagħmlu dan bħala karita’ imma qed naħdmu favur persuni b’diżabilta biex jakkwistaw id-drittijiet tagħhom u jiġu ntegrati fis-soċjeta’ għax dan hu dritt. Kull persuna hu ugwali għal ħaddieħor u aħna bħala partit irridu li jkollom id-drittijiet u rispett tal-Partit Nazzjonalista,” saħaq Beppe Fenech Adami.
[headlines headline=”h3″ ] Eluf kienu jitilfu l-opportunitajiet li kieku kien għall-Partit Laburista – Mario Cachia [/headlines]Mario Cachia, żagħżugħ attiv f’diversi għaqdiet ta’ volontarjat qal li ż-żgħażagħ kienu fost l-iktar persuni li bbenefikaw mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar għaxar snin.
Hu semma esperjenza ta’ sieħbu li dejjem xtaq isir xjentist u meta beda jistudja rċieva opportunita’ wara l-oħra biex jieħu sehem fi programmi għaż-żgħażagħ fejn bena ħafna kuntatti u esperjenza qabel kompla bl-istudju tiegħu barra minn pajjiżna.
Wara li ddeċieda li jkompli bil-masters hu rċieva l-fondi biex jgħinuh jistudja barra minn pajjiżna u llum irritorna Malta fejn qed jaħdem fil-qasam tar-riċerka. “Imma li kieku kien għall-Partit Laburista, la dan iż-żagħżugħ u lanqas l-eluf l-oħra li qed igawdu mill-Unjoni Ewropea ma kienu jakkwistaw xejn,” wissa’ Mario Cachia.
Fid-dawl ta’ dan hu tkellem dwar is-suċċessi li ksibna mill-Unjoni Ewropea, affarijiet tanġibbli bħall-proġetti infrastrutturali, servizz ta’ saħħa b’xejn fl-Unjoni Ewropea.
Tkellem ukoll dwar l-opportunitajiet kbar li qed igawdu minnhom iż-żgħażagħ fosthom il-kumpaniji li nvestew f’Malta, ħolqu x-xogħol għaż-żgħażagħ li ggradwaw mill-istituzzjonijiet Maltin u qed iwasslu għal suċċess għall-futur ta’ pajjiżna.
[headlines headline=”h3″ ]Emenda li se ġġib bidla fil-ħajja ta’ kuljum għall-persuni b’diżabilta’ – Alfred Bezzina [/headlines]Il-mozzjoni kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq persuni b’diżabilta’ se ġġib bidla għall-persuni b’diżabilta’ imma wkoll għall-familji tagħhom. Kien dan il-messaġġ ta’ Alfred Bezzina, membru tal-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Qal li din il-mozzjoni se ġġib bidla mhux biss fejn tidħol is-saħħa legali imma wkoll morali mhux biss biex tispiċċa diskriminazzjoni imma wkoll biex dawn il-persuni jgħixu ħajja aħjar. Mozzjoni li se tgħin biex ikollna mentalita’ iktar po’ittiva lejn persuni b’di’abilta’ u noħolqu qasam ta’ drittijiet u dmirijiet lil dawn il-persuni bħala umani. Mozzjoni li se żżid ukoll il-pass biex il-miżuri li jeħtieġ jittieħdu biex jinħolqu opportunitajiet ugwali għall-persuni b’diżabilta’ u qraba tagħhom.
Fisser dan bħala pass kbir ‘il quddiem madankollu fakkar li din kienet biss ħolqa oħra minn katina twila li fost oħrajn tinkludi l-Aġenzija Appoġġ u s-servizz tar-respite. Dawn is-servizzi qed jintroduċu lill-persuni b’diżabilta fis-soċjeta, qalb il-familja tagħhom u għalhekk mhux biss jgħinu għall-integrazzjoni tagħhom imma wkoll jagħmel sens b’mod ekonomiku għal pajjiżna.
Fakkar ukoll li dan is-settur iggwadanja minn fondi tal-Unjoni Ewropea li wasslu biex fost l-oħrajn twaqqaf iċ-Ċentru Sonia Tanti f’Ħal Far.
[headlines headline=”h3″ ]Partit Nazzjonalista li dejjem kien konvint fuq l-UE – Marthese Portelli [/headlines]“Il-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu sulluzzu dwar l-Unjoni Ewropea. Minn naħa l-oħra Alfred Sant ried il-Partnership, Joseph Muscat kellu programm sħiħ kontra l-Unjoni Ewropea u l-Partit Laburista wettaq kampanja ta’ twerwir fuq il-media biex in-nies ma jmorrux jivvutaw, iħassru l-vot jew jivvutaw le.”
Qalet dan id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli li fakkret li Joseph Muscat u l-Partit Laburista wettqu kampanja qalila biex pajjiżna ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea.
Partit Laburista li vvinta gideb intenzjonati biex ibeżżgħu lin-nies. “Kienu jbeżżgħu li se jkollna miżbla, meta llum Muscat stess qed imur open days ta’ impjanti ta’ trattament taż-żibel. Kienu jbeżżgħu li se jkollna l-VAT fuq il-mediċini imma llum minflok għandna mediċini li qed jingħataw lin-nies skont l-isem tagħhom,” kompliet Marthese Portelli.
Hi fakkret ukoll li l-Gvern għandu iktar minn biljun ewro f’fondi mill-Unjoni Ewropea li għadom ma ntużawx. Minflok dawn il-flus ġew investiti, issa qed naraw rati dejjem jonqsu ta’ bejgħ mill-ħwienet, importazzjoni u esportazzjoni dejjem inqas, qgħad li qed jiżdied u bżonn kbir ta’ proġetti li jeħtieġ isiru.
“Imma minkejja li l-qgħad qed jiżdied, il-Gvern saħansitra għalaq skema tal-ETC li tinċentiva l-ħolqien tax-xogħol,” kompliet Marthese Portelli li appellat biex il-gvern verament ikun konvint mill-Unjoni Ewropea u jaħdem id f’id ma din l-istituzzjoni u mhux itappan il-mod kif l-Unjoni Ewropea tħares lejn pajjiżna.
//= $special ?>