F’Kopenhagen fid-Danimarka, ingħatat bidu għad-59 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Din hi t-tielet darba li d-Danimarka se tospita dan il-Festival, wara r-rebħa ta’ Emmelie de Forest is-sena li għaddiet. Din is-sena qed jikkompetu b’kollox 37 pajjiż, iżda sitta minn dawn jgħaddu awtomatikament għas-serata finali. Fl-ewwel semifinali, tal-lejla, 16-il pajjiż ikkompetew bejniethom biex minn fosthom jgħaddu 10 għall-finali tas-Sibt li ġej.
Fil-finali tal-Eurovision 2014, diġà hemm togħma Maltija, hekk kif it-tliet awturi tal-lirika tal-kanzunetta tar-Russja jinkludu lill-Malti Gerard James Borg. Il-kanzunetta tar-Russja kienet waħda mis-semifinalisti li kkwalifikat għall-finali. Iżda għajnejn il-Maltin żgur li se jkunu aktar fuq it-tieni semifinali, tal-Ħamis, meta tidħol fix-xena Malta fost 15-il pajjiż ieħor. Dakinhar, pajjiżna jipprova jikkwalifika għall-finali tal-Festival permezz tal-grupp Firelight, li se jintepreta s-silta li biha rebaħ il-Festival ta’ Malta “Coming Home”.
[headlines headline=”h3″]Il-pajjiżi li se jipparteċipaw fl-ewwel semi-finali bl-ismijiet tal-kanzunetti rispettivi, fl-ordni li se jidhru:[/headlines] [accordion open=”2″] [accordion-item title=”Armenja”]Not Alone[/accordion-item] [accordion-item title=”Latvja “]Cake to Bake[/accordion-item] [accordion-item title=”Estonja “]’Amazing'[/accordion-item] [accordion-item title=”Svezja “]’Undo'[/accordion-item] [accordion-item title=”Izlanda “]No Prejudice[/accordion-item] [accordion-item title=”Albanija “]One Night’s Anger[/accordion-item] [accordion-item title=”Russja “]’Shine'[/accordion-item] [accordion-item title=”Azerbaijan “]Start a Fire[/accordion-item] [accordion-item title=”Ukrajna “]Tick-Tock[/accordion-item] [accordion-item title=”Belġju “]’Mother'[/accordion-item] [accordion-item title=”Moldova “]Wild Soul[/accordion-item] [accordion-item title=”San Marino”]’Maybe'[/accordion-item] [accordion-item title=”Portugal “]Quero Ser Tua[/accordion-item] [accordion-item title=”Olanda “]Calm After The Storm[/accordion-item] [accordion-item title=”Montenegro “]Moj Svijet[/accordion-item] [accordion-item title=”Ungerija “]’Running'[/accordion-item] [/accordion] //= $special ?>