L-EĠITTU – L-eks-Kap tal-Armata, Abdul Fattah al-Sisi – il-favorit kbir li jilħaq President tal-Eġittu – ħalef li l-Fratellanza Musulmana ipprojbita ‘m’għandhiex teżisti aktar’ jekk kemm-il darba hu jirbaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali li se jsiru bejn is-26 u s-27 ta’ Mejju.
Sisi tenna wkoll, waqt intervista mat-Televiżjoni Eġizzjana, li l-awtoritajiet kienu ‘skoprew żewġ kumplotti kontra ħajtu’, iżda ma żvelax id-dettalji.
Kien proprju Sisi li neħħa lill-President Musulman (tal-Eġittu), Mohammed Morsi, mill-poter f’Lulju li għadda u minkejja li Morsi kien elett bi proċess demokratiku. Intant, l-eks-Kap tal-Armata, proprju dakinar, kien ċaħad li kellu xi ambizzjonijiet politiċi u waqt li ta bidu għal offensiva determinata fuq il-Fratellanza ta’ Morsi.
Sisi, llum qed jirrifjuta li hu l-kandidat ‘tal-Armata’ għall-Presidenza u fejn qed isostni li l-militar m’għandux ikollu rwol fl-amministrazzjoni tal-Eġittu.
//= $special ?>

