Raġel Libjan, li għandu ‘l fuq minn 20 sena, ġie arrestat dalgħodu għall-ħabta tal-4am fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li nstabu aktar minn 1,000 bullet tad-9mm fil-bagalja tiegħu qabel titjira li kien se jaqbad lejn il-Libja.
Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li malli l-Membri tas-Sigurtà tal-Ajruport indunaw li f’bagalja partikolari kien hemm ammont kbir ta’ munizzjon, malli din għaddiet mill-proċess tas-sigurtà li soltu jgħaddu minnu l-bagalji. Kien f’dan il-mument li ġiet infurmata l-Pulizija, li min-naħa tagħha identifikat lill-passiġġier u arrestatu dak il-ħin stess.
S’issa, għadu mhux magħruf fhiex waslu l-investigazzjonijiet u jekk dawn il-bullets kienux tiegħu personali, iżda kollox jindika li l-Libjan se jibqa’ jinżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija.
//= $special ?>