L-GĦAJBIEN TA’ TITJIRA MH370 – L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurta fis-Settur tal-Avjazzjoni (EASA) ħabbret proposti ġodda li mistennija jiffaċilitaw it-tfittxija għall-flight recorders (il-kaxxi s-suwed) tal- ajruplani li jkunu rrappurtati nieqsa.
Il-pjani tal-aġenzija jinkludu estensjoni tal-perijodu taż-żmien biex it-tagħmir jittrasmetti s-sinjali (permezz tal-locators) minn tletin għal disgħin jum – u b’dan il-pass isegwi l-għajbien misterjuż tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines li seħħ fit-8 ta’ Marzu.
‘Titjira MH370′ sparixxiet waqt vjaġġ minn Kuala Lumpur, fil-Malasja, lejn iċ-Ċina, u meta l-ajruplan kien qed iġorr 239 persuna. Intant, mifhum li l-ajruplan seta’ ġġarraf fl-ibħra lejn il-Punent ta’ Perth, fl-Awstralja, u waqt li ħadd ma jaf kif dan seta joħroġ ‘il barra daqshekk mir-rotta oriġinali, s-sejba tal-flight recorders tiegħu għandha tgħin ħafna biex l-awtoritajiet isolvu l-misteru.
//= $special ?>

