Lokali Saħħa

Soċjetà Ażmatiċi Maltin fil-ġlieda kontra l-ażma għat-tieni sena konsekuttiva

Is-Soċjeta’ Ażmatici Maltin (SAM) se tibgħat messaġġ qawwi ta’ tama għal dawk li jbatu bl-ażma f’Malta permess ta’ konferenza fil-Jum Dinji tal-Ażma, nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju 2014. Din il-konferenza qed tkun organizzata bħala parti mill-isforzi globali biex jgħaqqdu kontra din l-marda.

It-tema ta’ din is-sena għall-Jum Dinji tal-Ażma, organizzat kull sena mill-Global Initiative for Asthma (GINA), hi ‘Issa hu l-ħin biex tikkontrolla l-ażma tiegħek’.

Organizzata minn SAM fil-lukanda Phoenicia, il-Floriana, il-konferenza se tittratta wħud mill-kwistjonijiet urġenti dwar din il-marda kronika li qed tiżdied, speċjalment fost it-tfal. Illum, din tolqot 9% tal-popolazzjoni Maltija.

Il-President ta’ SAM Stephen Healey qal: “Grazzi għall-innovazzjoni fil-mediċina, l-ażma tistà tkun ittrattata b’mod effettiv, u ħafna mill-pazjenti jistgħu jiksbu kontroll tajjeb fuq l-marda sa punt fejn jistgħu jevitaw l-attakki serji matul il-ġurnata, inaqsu mill-użu ta’ mediċina, u jgħixu ħajja produttiva u attiva.”

B’ħarsa ġenerali dwar il-kunċetti bażiċi għall-prevenzjoni tal-ażma, Dr Charmaine Gauci, Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u d-Direttorat tal-Prevenzjoni tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, innotat li diversi fatturi ambjentali jistgħu jkunu relatati mal-ażma. Dawn jinkludu reazzjoni għad-duħħan tat-tabakk u l-annimali domestiċi, dust mites fid-djar, l-umdità u l-moffa, u l-prodotti tad-dar.

Malta qiegħda fuq quddiemnett fl-iżvilupp ta’ strateġija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jittieħedux, inkluża l-ażma, f’konformità mal-istrateġija addottata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex tikkontrolla infezzjonijiet respiratorji kroniċi. L-istrateġija tal-WHO tkopri s-sorveljanza, u l-prevenzjonijiet primarji, sekondarji, u terzjarji bħala elementi importanti għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-ażma.

Waqt spjegazzjoni tal-kawżi komuni tal-ażma, Dr Etienne Grech, speċjalista fil-mediċina tal-familja, afferma li l-immaniġġjar tal-ażma għandu jitwettaq b’mod olistiku b’konsiderazzjonijiet dwar il-post tax-xogħol, it-tniġġis ambjentali, u n-nuqqas ta’ konformità fit-trattament.

B’mod ġenerali, it-terapija tal-ażma tibbaża fuq erba’ komponenti interkonnessi. Dawn huma l-iżvilupp ta’ relazzjoni tajba bejn il-pazjent u t-tabib, l-identifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ espożizzjoni għal fatturi ta’ riskju, il-valutazzjoni, it-trattament, u l-monitoraġġ, u l-immaniġġjar ta’ aggravamenti.

Aktar taghrif dwar is-Soċjeta’ Ażmatici Maltin hu disponibbli fuq www.asthmamalta.org jew billi persuna tibgħat imejl lil info@asthmamalta.org