Lokali Qorti

Tibda l-kumpilazzjoni dwar l-attentat ta’ qtil fil-ħanut ‘Zoners’ il-Ħamrun

[headlines headline=”h3″ ]Investigazzjoni interna fil-Pulizija talli rapport tal-akkużat ġie njorat [/headlines]

Għaddejja nvestigazzjoni nterna fi ħdan il-Korp tal-Pulizija talli rapport li sar fl-Għassa tal-Pulizija tal-Marsa minn Jonathan Casha ta’ 32 sena residenti l-Ħamrun ġie njorat.

Casha qed jiġi mixli li fil-21 ta’ April li għadda pprova joqtol żewġt irġiel billi sparalhom minnb barra ħanut wara argument li seħħ f’ħanut tax-xorb fil-Ħamrun, bl-isem ta’ Zoners li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Hemm Casha kien qed jixrob ma’ persuni oħrajn sakemm inqala’ argument bejnu u żewġt irġiel oħra u dan fuq fastidju fuq xi nisa, li kienu preżenti fil-ħanut.

Kien l-Ispettur Saviour Baldacchino li flimkien mal-Ispettur Sarah Magri qed imexxi l-każ li qal li qed issir investigazzjoni nterna dan wara li Casha kien telaq miz-Zoners u mar jagħmel rapport fl-Għassa tal-Pulizija tal-Marsa kontra ż-żewġt irġiel l-oħra, u wieħed mill-Pulizija li kien l-Għassa qallu biex imur bil-kwiet u li kienu se jieħdu ħsieb kollox huma.

Casha li kien fil-kumpanija ta’ persuna oħra obda wara li l-Pulizija qalet lil sieħbu biex iwasslu. Dan għax Casha deher ukoll li kien xurban. Madankollu meta Casha wasal id-dar baqa’ jewden dwar x’ken ġara u għall-ħabta tas-12Ġ45am, huwa qabad is-senter u reħila lejn il-ħanut tax-xorb fejn kien u hekk kif wasal ftit passi bogħod spara diversi tiri lejn il-faċċata tal-ħanut bil-ħanut tal-ħġieġ jinfaqa’ u weġġgħu wkoll xi persuni li kienu fil-ħanut.

Xhud importanti kien Carmelo Vella li sa dak inhar kien qed jiġġestixxi l-ħanut Zoners fejn dan kien se jgħaddi għand persuni oħrajn li dak inhar kienu qegħdin hemm jaħdmu bi prova. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Carol Peralta wissiet lil Vella li dwar dan il-każ seta’ ma jixhidx peress li l-Pulizija setgħet tieħu passi kontrih u għalhekk jiġi nkriminat.

Huwa għażel li kien se jixhed xorta waħda. Qal li l-ħanut kien mikri għandu u kien sar ftehimn mas-sid biex jieħduu ħaddieħor. Fil-fatt kienu se jieħduh ċerta Donna Pace u Carlos Borg.

Vella qal li jidtakar dak inhar li wara l-bar kien hemm Donna u daħal l-akkużat jieħu drink u f’ħin minnhom ta fastidju lil Donna. Qal li Carlos ħarġu l-barra għax Donna hija t-tfajla tiegħu, u qallu biex joqgħod kwet. Qal li hu ħareġ miegħu u qallu wkoll biex joqgħod sew bħal ma joqgħod is-soltu.

Ix-xhud qal li l-akkużat ċaħad li hu ttanta lil Donna, u qal li kull ma qal biss kienet li ried li jdoqqulu xi żewġ diski tas-snin disgħin. Vella qal li hu sema’ lill-akkużat jgħidlu xi ħaġa, imma ma jafx eżatt, għalkemm jaħseb li qal lil Donna, “X’ġisem għandek”.

Wara, qal ix-xhud Casha reġa’ daħal ġewwa u ftit wara ċertu Dylan Pace qallu li kien qed jittanta lit-tfajla tiegħu u ta’ xi ħadd ieħor u kien hawn qal ix-xhud li huwa qal lil Casha biex jitlaq. Dan reġa’ ċaħad li kien qallu xi ħaġa, iżda Vella qallu, “allura kulħadd qed jigdebĊ” Qal li anke Carlos qallu li kien reġa’ ttantalu t-tfajla.

Ix-xhud qal li l-akkużat kien qed jaqbad ma xi tfajliet u beda jixrob vodka, Qal li huwa minnu li beda’ jagħti fastidju lil xi tfajliet. Qal li meta qallu biex ma jidħolx aktar lejn iz-Zoners ma reġax daħal.

Tenna, li wara xi siegħhuwa a sema’ żewġ tiri, u dak il-ħin raha nies jiġri u ħass ħruq żgħir ma’ moħħu u ħġieġ jinkiser. Wara ma rruil-Pulizija. Qal li ma tax każ u ma rahx nies bid-dmija.

Dwar kemm il-darba raha lill-akkuzat fl-istess ħanut, ix-xhud qal li kien rah dak inhar u xi tliet darbiet oħra, u f’kull okkażjoni ġab ruħu sew. Mistoqsi dwar kemm ix-xhud xorob dak inhar qal li kien xorob massu ta’ 15-il flixkun birra, u li kien ilu hemm mis-6.00 p.m.

Xhud ieħor kien ċertu Ryan Fleri. Qal li kien ilu fil-ħanut Zoners għal massimu ta’ kwarta u ħa kif mess it-tazza ma’ ħalqu sema’ żewġ sparatrui u ħass ħruq f’idejh, rasu u dahru u xeba’ nies jiġru lejn it-tiolet. Huwa qal li kien ra lil Carmelo Vella bid-demnm fuq rasu u ra persuna oħra bil-ħġeiġ f’dahru imma ma jafx min hu.

Mistoqsi jekk għarafx lil xi ħadd li kien qiegħed fl-awla, x-xhud wieġeb fin-negattiv. Qal li kien mar xi erba’ darbiet qabel iz-Zoners u kien jaf xi nies li kien hemm. Qal li jiftakat li wara kien mar il-policlinic, ħa x-ray Boffa u wara mar l-Għassa.
Tenna li kellu 17-il ċomba, tlieta minnhom f’rasu. Kellu wkoll ċomb f’dahru u saqajh. Kien hemm bejn 30 u 35 persuna fil-bar. Hu raha xi sitta milqutin.

L-ewwel xhud kienetl-Ispettur Sarah Magri li qalet li fil-21-April għall-ħabta tas-12.45 a.m. ġiet infurmata li seħħet sparataura ftit qabel f’ħanut fil- Ħamrun. Staqsiet jekk hemmx xi ħadd ferut, qalulha li viżibilment ma kien hemm ħadd, imma kien hemm min ra tnejn minn nies bid-dmija. X’ħin waslu l-Pulizija dawn il-persuni ma kienux hemm.

Hija qalet li t-triq prinċipali ingħalqet u li sparatura seħħet bejn il-12.15 a.m. u 12.30 a.m. Qalet li qalulha li kien hemm persuna li daħal fil-ħanut u Donna Pace staqsietu x’ried jixrob, u dan ried jixrob il-vodka u ordna għal sitt persuna, li x’aktarx kienu minn naħa ta’ Ħal-Qormi imma ma jafux minn huma. L-Ispettur Magri qalet li qalulha li kien l-akkuħat imlaqqam il-“Buona” li faqa’ tazza mal-karozza tiegħu stess.

Hija qalet li mill-investigazzjoni li saret ħareġ ukoll li l-akkużat għandu ħames armi ireġistrati fuq ismu u li fil-ħanut marru għadd ta’ esperti minn naħa tal-Pulizijha fejn hemm ġie elevat kollox, fosthom skartoċċ, qtar ta’ dmija li saret analiżi fuqhom u kien hemm ukoll għadd ta’ siġġijiet imqallbin.

Hija qalet li saret tfittxija għall-akkużat u li wara li ma nstabx, l-Pulizija marret tfittxu Wied il-Għajn fejn joqgħodu l-ġenituri tiegħu, u kien hemm li nstab bejn it-3.00 a.m. u l-4.00 a.m. u anke l-karozza nstabet hemm.

L-Ispettur Magri qalet li huma marru mal-akkużat Ħal-Għaxaq u kienu elevate l-ħames armi tiegħu. Huwa kellu wkoll girfa fil-barbetti u sar fuq wkoll test tal-“gun-shot residue”. Hija qalet ukoll li fuq Ryan Fleri li mar mal-Pulizija l-Għassa sabulu 17-il ċomba f’dahru.

Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Saviour Baldacchino qal li hu daħal f’dak li għandu x’jaqsam mal-investitazzjoni tal-każ. Tenna li Casha ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u rrakkonta dak kollu li kien ġara li mar jieħu drink Zoners bar Ħamrun u li kienu ilu mhux ħażin, kien bi drink u li kien hemm persuna femminili.

Huwa qallu li kien aggredit minn xi nies u ħin minnhom inħareġ barra miż-Zoners. Ħareġ bil-karozza segwewh u kissrilu ħġieġ. Ix-xhud qal li l-akkużat qallu li hu kien mar jagħmel rapport ma’ persuna oħra l-Għassa tal-Marsa.

Il-Puluzija ta’ hemmhekk qallu biex jikkalma u jmur id-dar, iżda qal li hu kien daqsxejn imgerfex u reġa’ mar Zoners u spara tiri fid-direzzjoni tal-bar. Huwa għamel dan biex ibeżża lil min kien qiegħed fil-bar. Minn stħarriġ ulterjuri li għamlet il-Pulizija, kien hemm tnejn imweġġgin.

Ix-xhud qal li minn informazzjoni li għandha l-Pulizija, l-laqam tal-“Buona” fil-konfront ta’ Casha ħareġ peress li huwa persuna introverta u kwiet ħafna. Tant huwa kwiet, qal l-Ispettur Balġdacchino, li sħabu tax-xogħol jgħidulu “tal-Buona” bħala ċajta, u dan tanmt kemm huwa kwiet.

Id-difiża qeed titmexxa mill-Avukati Franco Debono u Avukatl- Noel Bianco. Huwa ngħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000. Il-każ ikompli.