Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: Il-qgħad huwa l-akbar problema fl-ewwel sena tal-Gvern Laburista – Simon Busuttil

F’intervista fil-programm Għandi xi Ngħid fuq TVM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-akbar problema fl-ewwel sena tal-Gvern Laburista hi ż-żieda fir-rata tal-qgħad. Simon Busuttil wieġeb mistoqsijiet ukoll dwar il-problemi fis-servizz tas-saħħa, l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u anke l-iskandlu tad-dikjarazzjonijiet tas-assi tad-Deputati tal-Gvern, inkluż tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Iktar dettalji fis-servizz ta’ Charles Muscat.