Il-midfielder ta’ Valletta FC Hamza Barry ġie sospiż żewġ partiti mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara li tkeċċa fl-aħħar logħba tal-istaġun, il-final tal-U*Bet FA Trophy li Valletta rebħu 1-0 kontra Sliema Wanderers.
Barry kien daħal bħala sostitut fit-38 minuta minflok Roderick Briffa u tkeċċa fis-70 minuta għal ritaljazzjoni. Huwa jrid jiskonta s-sopensjoni fl-istaġun li ġej jekk ikun għadu qed jilgħab fil-kampjonat Malti.
Intant il-kowċ ta’ Xgħajra Tornadoes Iro Curmi, wkoll ġie sospiż żewġ partiti wara d-decider li Xgħajra rebħu 3-0 kontra Attard biex ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni.
Dan ifisser li jekk Curmi jiġi konfermat kowċ ta’ Xgħajra, mhux se jkun qed imexxi lit-tim fl-ewwel żewġ partiti fit-Tieni Diviżjoni.
Il-gowlkiper ta’ Attard, Luke Attard ukoll se jkun sospiż għall-ewwel żewġ partiti tal-istaġun li ġej wara li tkeċċa fl-istess logħba kontra Xgħajra.
//= $special ?>

