Futbol Sport

Il-UEFA ma tilqax l-appell ta’ Real Madrid

Il-midfielder ta’ Real Madrid Xabi Alonso se jitlef il-finali taċ-Champions League kontra Atletico Madrid. Dan wara li l-UEFA ma laqatx l-appell tal-klabb Madrilen mid-deċiżjoni wara li Alonso kien ġie sospiż mill-finali meta fit-tieni leg tas-semi finali kontra Bayern Munich dabbar it-tielet karta safra tiegħu.

Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti kien qal li jekk l-appell ma jintlaqax ikun Asier Illarramendi li jieħu post Alonso fil-finali tal-24 ta’ Mejju, finali li għall-ewwel darba fl-istorja taċ-Champions League se tkun ikkontestata bejn żewġ timijiet mill-istess belt.

Madankollu jista’ jagħti l-każ li minflok Alonso jilgħab Sami Khedira li għadu kemm irkupra minn injury serja f’irkopptu.