Il-Malta Jazz Festival f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 tippreżenta t-tieni edizzjoni tal-“Malta Jazz Contest”. Din il-kompetizzjoni tagћti l-opportunità lil solisti żgћażagћ Maltin biex idoqqu quddiem ġurija distinta internazzjonali bћala parti minn dan il-jazz festival annwali prestiġjuż.
Il-kompetizzjoni ser issir nhar il-Ħadd 20 ta’ Lulju ġewwa l-Forti ta’ Sant’ Iermu fil-belt Valletta u hija miftuћa lil solisti jazz ta’ nazzjonalita’ Maltija sal-età ta’ 35 sena. Il-parteċipazzjoni hija bla ћlas. Ir-rebbieћ/a ser jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ Notte Bianca 2014, fil-2015 edizzjoni tal-Malta Jazz Festival u ġewwa festival barra minn Malta.
Dawk li jixtiequ jipparteċipaw gћandhom jibgћatu CV u reġistrazzjoni ta’ mp3 ta’ silta mir-repertorju tal-jazz standards jew kompożizzjoni oriġinali fuq l-email isabelle.gatt@maltaculture.com. Ser issir selezzjoni preliminari li tirriżulta f’lista ta’ finalisti. Id-data tal-gћeluq gћas-sottomissjonijiet hija l-10 ta’ Ġunju 2014. Ir-riżultati tas-selezzjoni inizjali ser jiġu notifikati fil-bidu ta’ Lulju.
Il-finalisti ser idoqqu żewġ siltiet – waћda minn lista stabbilita mir-repertorju tal-jazz standards u waћda tal-gћażla tiegћu/tagћha. Il-ġurija ser tikkonsisti minn mużiċisti jazz barranin li qegћdin jieћdu sehem fil-Malta Jazz Festival. Il-finalisti ser ikunu akkumpanjati mill-membri tal-ġurija. Ma jkunx possibbli li jsiru riћersals. Ir-riżultati ser jiġu mћabbrin fl-20 ta’ Lulju wara l-kompetizzjoni.
Il-Malta Jazz Festival – li din is-sena ser isir bejn il-17 u d-19 ta’ Lulju ġewwa Ta’ Liesse fil-belt Valletta – ser jilqa’ mużiċisti ta’ fama dinjija, fosthom Mehliana (Brad Mehldau u Mark Guiliana), Tom Harrell Colors of a Dream u Brecker Brothers Band Reunion “The Heavy Metal Bebop Tour”. It-tieni edizzjoni tal-Malta Jazz Contest ser tkun parti minn “Jazz on the Fringe” – programm ta’ attivitajiet – inkluż masterclasses u kunċerti– li jsiru fil-ġranet madwar il-festival.
Il-Malta Jazz Festival huwa miġjub mill-Kunsill Malti Gћall-Kultura u l-Arti bl-gћajnuna ta’ Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, il- Malta Tourism Authority, MSV Life, Switch, Cyberpass, Phoenicia Hotel u l-Fondazzjoni Valletta 2018.
//= $special ?>