Ir-ribelli kienu qed jevakwaw l-aħħar parti ta’ Homs li kienet taħt il-kontroll tagħhom.
Dan wara ftehim li kien negozjat min-Nazzjonijiet Uniti. B’hekk tneħħiet kull preżenza tar-ribelli minn din il-belt, darba meqjusa bħala l-kapitali tar-rivoluzzjoni kontra l-President Bashar al-Assad.
Aktar kmieni din is-sena kienu evakwati 1,400 persuna mill-parti l-antika tal-belt wara medjazzjoni min-Nazzjonijiet Uniti u s-Salib l-Aħmar.
Ir-ribelli kienu ilhom assedjati għal dawn l-aħħar sentejn u f’dawn l-aħħar xhur, il-qilla tal-attakki tal-militar Sirjan kontra r-ribelli fil-parti l-antika tal-belt żdiedet.
Fl-istess ħin, ribelli fit-Tramuntana tal-pajjiż bdew iħallu għajnuna umanitarja tidħol f’Nubul u Zahraa, żewġt ibliet li tradizzjonalment kienu leali lejn il-President Sirjan Bashar al-Assad.
//= $special ?>

