Middlesea Insurance żammet il-laqgħa ġenerali annwali tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan fejn ħabbret profitt qabel it-taxxa ta’ 17.3 miljun ewro għas-sena 2013 u l-assi tal-kumpanija żdiedu bi 8%.
Iċ-Chairman tal-kumpanija, Martin Galea qal li r-riżultati finanzjarji ta’ Middlesea Insurance għas-sena 2013 huma xhieda ta’ kemm il-kumpanija tinvesti fir-riżorsi umani, fis-servizz li joffru lill-klijenti u fis-sistemi tagħha tat-Teknoloġija tal-Informatika.
Huwa rrefera’ għal diversi bidliet li saru fl-istruttura operattiva tal-MAPFRE Group; grupp li tiegħu Middlesea Insurance hija membru. MAPFRE Group huwa grupp internazzjonali f’47 pajjiż bi profitt ta’ 790.5 miljun ewro.
Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-azzjonisti approvaw dividend gross u finali ta’ 0.045 ewro għal kull sehem.
//= $special ?>