Iż-żgħażagħ mhux propaganda għandhom bżonn, imma jobs. Iż-żgħażagħ iridu Gvern li jiggarantixxi l-futur tagħhom. Iridu Gvern li joffri sustanza, u li jaħdem tassew biex il-qgħad jonqos.
Dikjarazzjoni qawwija li saret l-Erbgħa filgħaxija mill-Kap tal-PN Simon Busuttil fejn semma’ b’mod konkret għaliex il-PN tassew jemmen li Malta jixirqilha aħjar, filwaqt li ż-żgħażagħ u l-istudenti jixirqilhom xogħol u opportunitajiet li fuqhom jibnu l-futur tagħhom.
Il-Kap tal-PN għadda dawn il-kummenti fl-isfond ta’ dak li qed iseħħ fl-MCAST fejn għaddejja kampanja ta’ propaganda politika mill-Partit Laburista fost l-istudenti.
F’intervistà f’Tas-Sliema li tmexxiet minn Rachel Attard, News Editor tal-ġurnal The Malta Independent, Simon Busuttil kellu l-opportunità jispjega kif matul l-aħħar sena l-Gvern Laburista għamel attakk serju fuq id-demokrazija għaliex istituzzjonijiet bħall-Korp tal-Pulizija, l-Armata u l-MEPA inħatfu b’mod politiku.
Ma naqasx li jirreferi għall-iskandlu fit-tqassim tal-mediċini, b’Simon Busuttil jgħid illi dan juri kif verament ma’ dan il-Gvern jirbħu tal-qalba.
Tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ trasparenza minn naħa tal-Prim Ministru, Ministri u Deputati Laburisti illi ma ddikjarawx l-assi tagħhom.
Matul din l-attività, Simon Busuttil fakkar ukoll illi kien grazzi għall-pressjoni tal-Oppożizzjoni illi ż-żona f’Ta’ Ħaġrat se tinżamm mhux mittiefsa – grazzi għall-PN li b’mod konkret qed ikun pro-attiv u pożittiv. Kif anke kien pro-attiv meta din il-ġimgħa ressaq Private Members Bill biex ma jibqax ikun hemm diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabbiltà.
//= $special ?>