Il-Vatikan għaraf li kien sar miraklu bl-interċessjoni tal-Papa Pawlu VI u għalhekk hu se jkun beatitikat f’Ottubru li ġej.
Il-Papa Pawlu VI kien mexxa l-Knisja Kattolika bejn l-1963 u l-1978 u kien ħa ħsieb l-implimentazzjoni ta’ riformi ewlenin tal-Kunsill Vatikan it-Tieni. Hu kien ukoll ħelisha ħafif meta fl-ajruport ta’ Manila fil-Filippini, raġel kien ipprova joqtlu.
Jidher li l-mirkalu li twettaq bl-interċezzjoni tal-Papa Pawlu VI kien il-fejqan ta’ tarbija li kienet għada ma twelditx minn marda inkurabbli. It-tarbija llum il-ġurnata għandha 13-il sena.
Skont il-mezzi tax-xandir Taljani, il-beatifikazzjoni aktarx isir fid-19 ta’ Ottubru iżda l-ewwel irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Papa Franġisku.
Ix-xahar li għadda il-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Papa Ġwanni XXIII, kienu dikjarati qaddisin. Il-proċess ta’ beatifikazzjoni tal-Papa Pawlu VI kien beda fl-1993.
//= $special ?>
