Futbol Sport

Malta ssofri s-sitt telfa f’daqstant partiti

MALTA………………….0
IŻAREAL………………2

Malta> Janice Xuereb, Gabriella Zahra (84′ Jade Flask), Rebecca D’Agostino, Dorianne Theuma, Ylenia Carabott (76′ Brenda Borg), Rachel Cuschieri, Antoinette Sammut, Emma Xuereb (66′ Alishia Sultana), Shona Zammit, Stefania Farrugia, Charlene Zammit

Iżrael> Merav Shamir, Michal Ravitz, Daniel Sofer (61′ Sarah Lynn Friedman), Rachel Shelina, Adva Tvill (79′ Karin Sendel), Moran Fridman, Shay Sade, Maya Barqui Lee Sima Alkon, Diana Bar Oz (55′ Or Erez), Moran Lavi

Skurjaw> Moran Fridman 36′ (I), Moran Lavi 60′ (I)
Referee> Olga Zadinova (REP)

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra s-sitt telfa minn daqstant partiti minn Grupp 3 tat-Tazza tad-dinja tan-nisa li se ssir fl-2015 fil-Kanada hekk kif tilef 2-0 kontra l-Iżreal fis-Centenary Stadium. B’din ir-rebħa l-Iżreal laħaq lill-Iżlanda fit-tieni post tal-grupp b’disa’ punti imma għandu logħba aktar. Iż-żewġ gowls tal-avversarji tagħna waslu wieħed f’kull taqsima. Fit-36 minuta Moran FRIDMAN fetħet l-iskor favur l-Iżreal u bir-reazzjoni tal-Maltin ma tasalx, mas-siegħa logħob l-Iżreal irduppjaw b’gowl ta’ Moran LAVI.

Wieħed kien qed jistenna reazzjoni minn naħa tan-nisa Maltin wara li fl-10 ta’ April li għadda tilfu 8-0 kontra l-Iżlanda. Fl-ewwel rawnd l-Iżreal kien għeleb lil Malta 2-0. Ta min jinnota li l-kowċ nazzjonali Pierre Brincat kellu jgħddi mingħajr xi players importanti minħabba li li lanqas seta’ jsejħilhom għax ma fadlilhomx leave mix-xogħol.

L-impenn li jmiss għall-Malta hu fl-14 ta’ Ġunju kontra s-Serbja u ħamest ijiem wara Malta tilgħab kontra l-Iżlanda. F’dawn iż-żewġ partiti l-Maltin se jkunu qed jilagħbu barra minn darhom. L-aħħar żewġ logħbiet tal-grupp għall-Maltin se jkunu kontra d-Danimarka u l-Iżvizzera, logħob li jintlagħab f’Settembru li ġej.