Hekk kif għaddew seba’ snin mill-għajbien ta’ Madeleine McCann fil-Portugall, hemm suspetti li aktarx din inqatlet u ndifnet qrib il-kumpless fil-Portugall fejn ġara l-każ. Dan wara indikazzjonijiet li Uffiċjali minn Scotland Yard se jmorru Praia de Luz u permezz ta’ tip ta’ radar janalizzaw l-art biex jaraw jekk hemmx xi ħaġa midfuna.
Din se tkun l-ewwel darba f’dawn l-aħħar seba’ snin li l-Pulizija Ingliża se jitħallew imexxu l-investigazzjoni tagħhom fil-Portugall stess.
//= $special ?>

