Il-Qorti Kostituzzjonali Tajlandiża ddeċiedit li l-Prim Ministru Yingluck Shinamwatra trid tirrizenja minħabba abbuż tal-poter.
Il-Qorti waslet għall-konkluzjoni li hi aġixxiet illegalment meta trasferit il-kap tas-sigurta nazzjonali li kien inħatar mill-amministrazzjoni preċedenti. Fid-deċiżjoni tagħha l-qorti ordnat lil disa’ Ministri involuti fit-trasferiment biex huma wkoll jirriżenjaw.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara xhur ta’ staġnar politiku u protesti kbar fit-toroq li ilhom sejrin minn Novembru tal-2013.
Issa din id-deċiżjoni mistennija tqanqal protesti kbar fit-toroq minn partitarji tal-Gvern.
Yingluck meta dehret il-qorti t-Tlieta ċaħdet li l-partit tagħha kellu xi jiggwadanja mit-trasferiment ta’ Thawil Pliensri, il-kap tas-sigurta nazzjonali li kien inħatar fl-amministrazzjoni preċedenti fl-2011.
Mhux magħruf kif se jintgħażel il-Prim Ministru ġdid peress li l-Prlament mhux qed jiffunżjona. Issa jidher li l-pajjiż se jkompli jitmexxa mill-bqija tal-Kabinett sakemm jiġi ffurmat wieħed ġdid.
Minħabba l-protesti li kienu qed isiru kontra t-tmexxija tagħha, fi Frar Yingluck kienet sejħet għal elezzjoni bikrija imma din tħarbtet mill-protesti.
It-Tajlanda ilha bl-instabbiltà interna minn mindu ħuha, Thaksin Shinawatra, kien tneħħa minn Prim Ministru f’kolp ta’ stat militari fl-2006.
//= $special ?>

